Bejn is-6 u l-10 ta’ Mejju 2022, ittellgħet l-Akkademja għad-Demokrazjija ta’ T4E ġewwa Malta.
L-attivita’, li saret ġewwa l-belt storika tal-Birgu, kellha l-għan li tgħaqqad il-parteċipanti flimkien u li jingħataw l-opportunita’ jsaħħu l-kompetenzi tagħhom permezz tal-proġett T4E.
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju saru r-reġistrazzjonijiet mill-parteċipanti u kien hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ. Wara din l-attivita’ l-parteċipanti kellhom l-opportunita’ jkabbru l-konoxxenza tagħhom bejniethom waqt mixja spjegata fit-toroq storiċi tal-Birgu. Wara saret attivita’ soċjali tipika Maltija f’Każin tradizzjonali Malti tal-banda.
Bejn is-7 u d-9 ta’ Mejju kien hemm tlett ijiem ta’ taħriġ dwar l-iżvilupp tal-kultura demokratika. Kienu tlett ijiem produttivi ta’ taħriġ, diskussjoni, riflessjoni u evalwazzjoni tal-esperjenzi varji fil-qasam tad-demokrazija.
Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju ingħalqet l-attivita’ b’mawra kulturali madwar Malta. Kienet opportunita’ fejn wieħed seta’ jsaħħaħ ir-relazzjonijiet professjonali b’mod aktar informali. Kienet ukoll opportunita’ fejn wieħed seta’ jgawdi l-ġmiel tal-pajżaġġ Malti, l-istorja u l-kultura Maltija.