Mill-31 ta’ Marzu 2022 sal-ewwel t’April 2022, l-għalliema ambaxxaturi tlaqqgħu waqt agora ġewwa Ateni fil-Mużew tal-Akropoli, sabiex jaqsmu bnejniethom l-prattiċi tajbin li saru matul dan il-proġett.
Il-Kulleġġ Santa Margerita kien rapreżentat minn erba’ għalliema. Is-Sur Jason Inguanez u s-Sa MaryClaire Camilleri Saliba mill-Kulleġġ Santa Margerita Skola Primarja Żabbar B. Is-Sa Stephanie Farrugia mill-Kulleġġ Santa Margerita Primarja Bormla u s-Sur Felix Lia mill-Kulleġġ Santa Margerita Skola Medja.
L-ambaxxaturi Maltin, flimkien mal-ambaxxaturi mill-iskejjel u l-entitajiet parteċipanti qasmu bejniethom ix-xogħol li sar mal-istudenti tagħhom.
L-ambaxxaturi ngħataw l-opportunita’ li jitgħallmu minn xulxin, jikbru u jimmaturaw professjonalment, ikunu kburin b’dak li wettqu, u jħossu sodisfazzjon professjonali li, bla dubju, jwassal sabiex l-edukaturi jitħajru jiparteċipaw f’aktar proġetti ta’ dan it-tip. Kienet attivita’ edukattiva li tat ħjiel ta’ metodoloġiji differenti li, l-edukaturi jistgħu jiprattikaw f’sitwazzjonijiet u kuntesti differenti, sabiex iwasslu u jsostnu valuri Ewropej fl-iskejjel tagħna ma’ studenti ta’ kull eta’ u li ġejjin minn ambjenti differenti.