F’Ottubru tal-2019, il-Kulleġġ Santa Margerita nieda l-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett ‘Teachers 4 Europe’ (Għalliema għall-Ewropa).
Għaldaqstant, ġew mistiedna għalliema mill-kulleġġ sabiex jipparteċipaw f’taħriġ dwar metodi kif inrawmu valuri Ewropej fl-istudenti tagħna waqt it-tagħlim fil-klassi, mingħajr ma wieħed ipoġġi aktar piż fuq l-għalliema.
Ir-rwol tal-għalliema ambaxxaturi kien li jipromovu l-proġett ‘Teachers 4 Europe’, jsostnu għalliema oħra u jiprovdu r-rispons tagħhom mal-bqija tat-tim.
Apparti milli ngħataw taħriġ, l-ambaxxaturi kienu mistiedna ukoll sabiex jipparteċipaw fl-attivita’ ta’ taħriġ għall-għalliema li saret f’Malta. L-ambaxxaturi ngħataw ukoll l-opportunita’ jieħdu sehem f’attivitajiet barra minn xtutna fejn l-edukaturi qasmu bejniethom prattiċi tajbin li saru mal-istudenti bħala promozzjoni ta’ valuri Ewropej.