F’Novembru tal-2021 tlaqqgħu l-parteċipanti ta’ Teachers 4 Europe (Għalliema għall-Ewropa), wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija. Waqt din il-laqgħa, ġewwa l-Universita’ ta’ Pireus il-Greċja, ġie deċiż kif ser nerġgħu nibdew il-mixja ‘l quddiem.
Bħala Kulleġġ ġie deċiż li ssir ġabra ta’ lezzjonijiet dwar valuri Ewropej. Grupp ta’ disa’ għalliema ingħataw taħriġ dwar strateġiji varji għal-lezzjonijiet dwar valuri Ewropej. B’riżultat ta’ dan it-taħriġ, ġie ffurmat ktejjeb ta’ lezzjonijiet li wara ġie pruvat u atwat fil-klassijiet minn numru ta’ għalliema. Wara li ġie atwat, ġew miġbura bosta riflessjonijiet dwar dawn il-lezzjonijiet, dwar x’wieħed jista’ jirranġa fihom ħalli jkunu dejjem aħjar. Wara dan il-proċess, l-għalliema qasmu x-xogħol tagħhom mal-parteċipanti l-oħra waqt Agora għall-għalliema li saret f’Ateni aktar tard.